Theresa Ann Cachia għadha kemm xerrdet ritratt li jmur lura għall-jum tat-tieġ tagħha, fejn jinsabu flimkien man-nanniet. In-nannu ħalla din id-dinja u bħal-lum kieku għadu magħna qed jiċċelebra ma' martu Joyce l-anniversarju.
Theresa kitbet dak li qaltilha n-Nanna Joyce hekk kif illum tiftakar fil-jum meta żżewġet. "'Għandi l-anniversarju,' qaltli n-Nanna Joyce... 'Kieku nagħlqu 69 sena miżżewġin!' X'imħabba dik," kitbet Theresa.
Tammira l-imħabba ta' bejniethom li ma mietet qatt, u tixtieq li kieku sservi ta' eżempju għal kull koppja. Issellem il-memorja tan-nannu tagħha. "Strieħ fis-sliem Nann.. In-Nanna baqgħet tħobbok."
Kemm hi sabiħa l-imħabba dejjiema! Insellmu l-memorja tan-nannu ta' Theresa f'jum l-anniversarju tiegħu u tan-Nanna Joyce!
Facebook/ Theresa Ann Cachia