Josuel Grech, magħruf bħala Josuel as Elvis, bħalissa jinsab ġo l-Awstralja fejn qed ikun iċċelebrat id-90 sena mit-twelid ta' dan il-leġġenda b'diversi avvenimenti. Ċans mill-isbaħ għall-kantant lokali biex jiltaqa' ma' nies li għandhom l-istess passjoni tiegħu.
F'avveniment bħal dan ma setax jonqos li jkun hemm kompetizzjoni għaddejja. Kompetizzjoni bejn diversi nies minn madwar id-dinja li jimitaw lil dan il-kantant magħruf ma' kulħadd. Josuel qed ittajjar il-bandiera Maltija ġo Parkes l-Awstralja, li jiġi madwar 5 sigħat bogħod minn Sydney.
S'issa hu wasal mal-aħħar tmienja u ninsabu ċerti li jiġri x'jiġri se jkun ħalla warajh impressjoni pożittiva. Josuel mhux l-ewwel darba li rebaħ konkors anke barra minn xtutna bi prestazzjonijiet ta' Elvis Presley. Nittamaw li din tkun ta' suċċess għalih u jkompli javvanza f'din il-kompetizzjoni.
Facebook / Josuel Grech