Il-preżentatriċi Clare Agius esprimiet ruħha rigward kwalità li dejjem żammet f'ħajjitha minkejja l-mumenti fejn żbaljat jew ma marx kollox kif xtaqet.

Clare tibda billi tammetti. Tammetti li hi bħala umana iva ġieli żbaljat. Iżda qatt ma waqfet hemm. "Għamilt Żbalji? Iva. Imma nagħżel li nitgħallem u nwarrab mill-fatt li għamilt żball. Tibqa' f'moħħi u tfakkarni biex ma nerġax nirrepeti l-azzjoni." 

Clare tisħaq li minkejja l-iżball li għamlet qatt ma ddispjaċiha li ħadet ċans u pruvat fil-ħajja. Kif jgħidu; min ma jagħmel xejn ma jiżbalja qatt. Fil-fatt il-preżentatriċi tħoss li hi ħadet iktar milli tilfet, meta ddeċidiet li tagħmel xi ħaġa, anke jekk ma marritx kif sippost. 

Huma valuri, prinċipji u kliem ta' ispirazzjoni bħal dawn li jagħmluna nies aħjar. Kellna bżonn aħna wkoll nitgħallmu ma nibżgħux mill-iżball waqt li nħalluh iwiddibna biex ma nirrepetuhx. Prosit tassew Clare!


Kyle Zarb