Il-kantanta u żeffiena lokali Annalise Ellul tefgħet messaġġ fuq il-profil tagħha f'għeluq snin l-għażiża ommha fejn awgurat l-isbaħ xewqat.
"Awguri f'għeluq sninha lill-blata tiegħi, ħabibti tal-qalb, ommi." Annalise tkompli billi tindirizza lil ommha u turi l-apprezzament li għandha lejha u lejn kull m'għamlet magħha tul ħajjitha. "Int għallimnti imħabba bla kundizzjoni x'verament tfisser... inħobbok immens."
Għall-okkażjoni Annalise xerrdet anke ritratt ħelu tagħha flimkien ma' ommha Catherine. Bosta segwaċi ħallew il-kummenti u awguraw l-isbaħ xewqat lil Catherine u faħħruhom dwar kemm huma omm u bint mill-isbaħ.
F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Catherine l-isbaħ xewqat u nixtiqulha aktar snin ta' saħħa, imħabba u kuntentizza!