L-attriċi Nakita Grima kitbet messaġġ fuq il-profil tagħha ddedikat għall-għażiża ommha, li hi dik il-persuna li kontinwament tkun hemm għaliha. Nakita xtaqet tiddedikalha messaġġ biex turi l-apprezzament u l-gratitudni lejha għal dak kollu li tagħmel magħha.

"Awguri f'għeluq sninha lill-għażiż ommi, l-akbar ħabiba tiegħi, il-mudell tiegħi, l-ikbar supporter tiegħi, u l-pilastru tiegħi. X'nagħmel mingħajrek? Għallimtni dak kollu li naf, biex inkun ħanina, determinata, li nħobb u fuq kollox reżiljenti u soda."

Għal Nakita ommha hi r-raġuni li hi l-mara li hi llum. Minkejja li forsi kultant ma jaqblux, Nakita tistqarr li mhuma xejn mingħajr xulxin. Xerrdet ukoll ritratt mill-isbaħ flimkien ma' ommha għall-okkażjoni.

Awguri mill-qalb lil omm Nakita u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ!


Kyle Zarb