Wieħed mill-mistednin biex jiġi intervistat fl-aħħar ġimgħa tal-programm Għaddi s’Hawn ma kien ħadd ħlief John Bundy.

Antonella bdiet l-intervista ma’ Bundy billi saqsietu dwar kif jiddeskrivi lilu nnifsu u hu rrisponda li għandu ħafna titli kif jiddeskrivi lilu nnifsu. Qal li hu huwa bniedem sentisittiv, iħobb aktar umoriżmu milli serjetà f’ħajtu, iħobb id-divertiment, il-kumpanija u n-nies.

Bundy wera kemm hu jħobb lin-neputi tiegħu u kemm għandu relazzjoni tajba miegħu. Irrakkonta storja fuq it-tieġ tan-neputija tiegħu li sar riċentament u n-neputi kien ser ikun biċ-ċrieket. Lil Bundy talbuh biex it-tifel ma jarahx, għalhekk John kellu f’moħħu biex jisma’ l-quddiesa minn barra, imma n-neputi beda jibki għalih. Għalhekk bagħtu messaġġ lil John biex jidħol fil-knisja, it-tifel ma riedx jitlaq minn fuqu u għalhekk kellu jitla’ jagħmel il-qari fil-knisja bit-tifel fuqu.


Henzley  Bezzina