Il-preżentaturi Angela Agius u Brian Gatt għadhom kemm ippubblikat filmat fejn qed javżaw lis-segwaċi li minn Ottubru ser ikun qed jirritorna l-programm Niskata. Il-programm li tant ikunu qed jistennewh it-telespettaturi.

"Għall-15-il sena konsekuttiva ser inkunu qegħdin magħkom minn Ottubru li ġej," tgħid Angela. Flimkien ma' Brian twiegħed li ser ikunu qed iżommu dawk l-irkejjen fil-programm l-iktar favoriti tat-telespettaturi.

"Il-programm huwa tagħna, imma huwa tagħkom ukoll," tgħid Angela. Bla dubju ser inkunu qed naraw iżjed mistednin li ser jinżlu tajjeb man-nies li jsegwu. Mela tinsewx! Niskata ser jirritorna minn Ottubru 2023! 


Kyle Zarb