Fuq il-paġna uffiċjali Kate: Writing My Story, ġie ppubblikat messaġġ għal Robert Scerri u Andrew Pisani, li qed jipparteċipaw f'Kayak4Kate. Huma qed jagħmlu dan il-ġest biex jgħinu fil-fondi u donazzjonijiet għall-kawża ta' Kate.

"Illum huwa l-jum speċjali! Għalkemm ninsab 'il bogħod fil-Belġju għall-kura, qalbi tinsab hemm ma' Robert u Andrew, hekk kif bdew il-vjaġġ inkredibbli tagħhom bil-kayaking minn Sqallija għal Malta," jiktbu fuq il-paġna ta' Kate.

Kate u l-ġenituri tagħha libsu l-flokkijiet ta' Kayak4Kate biex juru l-appoġġ tagħhom lejn Robert u Andrew. "Grazzi, Robert u Andrew, għal dak kollu li qed tagħmlu biex tgħinuni nagħmel progress, u grazzi mill-qalb lil kull min bagħat donazzjonijiet s'issa."

Kuraġġ dejjem Kate! Kuraġġ u Prosit kbira lil Robert u Andrew ukoll!


Kyle Zarb