Sfortunatament Malta ma rnexxilhiex tgħaddi għall-finali tal-lejla imma xorta ħarġet xi ħaġa pożittiva bil-kanzunetta li rrapreżentatna.

Għalkemm Emma Muscat bil-kanzunetta I Am What I Am inqalgħet xorta waħda jidher li qed tingħoġob minn diversi pajjiżi. Dan għaliex din il-kanzunetta rnexxielha tidħol fil-playlists tal-Viral 50 ta’ ħafna pajjiżi Ewropej, fosthom l-Olanda, ir-Renju Unit, l-iSvezzja u n-Norveġja.

F’dawn il-playlists jidħlu kanzunetti li fil-preżent ikunu qed jinstemgħu ħafna fuq Spotify u Emma Muscat irnexxielha tidħol f’dawn il-ħafna playlists.


Henzley  Bezzina