Il-programm Tista’ Tkun Int, kien wieħed magħruf ħafna u kellu wkoll udjenza verament tajba.
Rachel Vella, li kienet il-preżentattriċi tal-programm, kienet mistiedna fuq Serataron u rrakkontat storja dwar meta darba, waqt li kienu għaddejin bil-programm, daħlu l-armata fl-istudjo bil-klieb tagħhom.
Il-floor manager qalilha biex hi tkompli l-programm normali, qisu mhu qed jiġri xejn imma Rachel dak il-ħin bdiet titħawwad u bir-raġun. Rachel spjegat li kien hemm xi ħadd li qal li kien hemm bomba fl-istudjo.
Naħseb ħadd ma jagħtiha tort li titħawwad minħabba f’hekk!
Facebook / Serataron