Skont persuna li lmentat f'kumment fuq il-midja soċjali, jidher li r-Recovery Certificate mhux qed jingħataw jekk tkun għamilt Rapid Test.

Il-persuna kkummentat f'post pubblika tal-paġna saħħa, fejn indirizzat dan l-ilment wara li għadha kemm ħarġet minn kwarantina. Skontha, minħabba li għamlet ir-Rapid Test, ma tistax tidħol ġo postijiet bħal ristoranti eċċetra permezz ta' Recovery Certificate. Hi tistaqsi, "Allura għaliex qed jiġu aċċettati r-Rapid Tests (għall-istatistiċi)? Għaliex ħadd ma jazzarda javża lin-nies li jridu jagħmlu PCR Test u mhux Rapid, għax inkella ser ikunu affettwati?"

Mistoqsijiet simili qed jidħlulna fuq il-paġna tagħna minn diversi persuni. 

df


Kyle Zarb