Kif tafu Eileen Montesin hi l-vuċi li qed nisimgħu waqt il-programm Come Dine With Me. Eileen tgħid li meta ċemplulha Ryan u Josmar li jixtiequha tkun f'dan il-programm, ħasbitha xi candid camera. Qatt ma basret li se jkunu verament qed jistaqsuha tieħu ħsieb il-kummentarju. 

"F'ħajti kollha l-maġġoranza tal-programmi jew ġġilidt għalihom jien, jew irsistejt għalihom jien. Allura kienu affarijiet tiegħi, li awtomatikament ħa nkun fihom jien. Allura dan ġie out of the blue li qaluli li nixtiequ li tkun il-vuċi tiegħek, għalhekk bkejt... ħassejt ħafna ferħ, imma kont emozzjonata fl-istess ħin."

Tgħid li għalkemm ħa tkun qed tagħti dik in-naqra spice fl-episodji, qatt mhi intenzjoni tagħha li tgħaddi kummenti kattivi jew biex tmaqdar. Eileen nistgħu ngħidu qed issegwi dak li jkun qed jiġri fid-dar bħat-telespettaturi, u tikkummenta dwar li tara.

Eileen titkellem ma' Steph dwar l-episodji li xxandru diġà kif ukoll tagħti xi informazzjoni oħra dwar Come Dine With Me. Tista' ssegwi l-intervista sħiħa HAWN

TVMi / Illum ma' Steph


Kyle Zarb