Persuna fuq il-midja soċjali xtaqet tiġbed l-attenzjoni u tgħaddi appell lil ċertu nies li qed juru nuqqas ta' prudenza. Tajjeb li nfakkru li l-ħaddiema li nieħdu s-servizzi mingħandhom huma nies ukoll, bil-familji tagħhom u li wkoll jeħtieġu l-mistrieħ. Din il-persuna xtaqet taqsam l-esperjenza tagħha fuq grupp ta' Facebook biex jibda jkun hemm aktar prudenza min-naħa tal-klijent.
Fl-appell hi tgħid li ħafna nies jippretendu risposta dak il-ħin, anke jekk ikun sippost tmiem il-ġimgħa, il-jiem fejn kulħadd jistrieħ. F'xi mumenti dak li jkun ġieli jesaġera u anke jċempel biex żgur ikun prova kull mod ħalli jaqbad lil min irid iċempel.
Facebook/ ABC 7 Chicago
"Il-maġġoranza tan-nies ma jaħdmux is-Sibt u il-Ħadd. Naqblu? Hemm min il-weekend tiegħu huwa il-Ħadd u t-Tnejn, bħal hairdressers, beauticians u nail techs. Naqblu? Mela għalfejn nibgħatu message fil-weekend u nippretendu risposta dak il-ħin? U jekk ma jweġibx fi ftit sigħat nerġu nibagħtu ieħor... u ieħor... Jekk ma nċemplux ukoll! Kulħadd għandu bżonn il-mistrieħ tiegħu. Inkunu prudenti jekk jogħġobkom. Kwistjonijiet ta' saħħa biss huma urġenti... mill-bqija kollox jista' jistenna jum jew jumejn."
Ejjew nirrispettaw lill-ħaddiema, li wkoll jeħtieġ li jkollhom il-ħin personali tagħhom mingħajr interruzzjonijiet. Apparti kollox, m'hemmx għalfejn niddisturbaw lil dak li jkun jekk ma jweġibx mill-ewwel.
BLW Photography