Ħafna nies qed isibu ruħhom addicted għall-vaping, anke jekk ikunu qalu li ħa jipprovawha darba biss. Hemm min ġieli jipprova jibda jaqta' bil-mod u ma jirnexxilux u f'daqqa waħda jipprova jaqtagħhom ħabta u sabta. 

Tfajla li ddeċidiet li taqsam l-esperjenza tagħha, irrakkontat dak li għaddiet minnu wara li darba qamet filgħodu u ddeċidiet li twaqqaf il-vape għalkollox. 

Wara l-ewwel jum, ħassitha donnha mitlufa mid-dinja.  Bdiet tiċċassa anke waqt avvenimenti soċjali mal-ħbieb.  Fl-ewwel ftit jiem bdiet tesperjenza diffikultà biex torqod u bdiet anke tiddubita jekk kellheix raġun li tieqaf.  Kellha wġigħ ta' ras u diżorjentazzjoni.   Ir-raba' u l-ħames jum ġabu magħhom effetti psikoloġiċi negattivi, b'ansjetà kbira u ħsibijiet kontinwi.  

M'għandniex xi ngħidu, wara li għaddew l-ewwel u t-tieni xahar minn meta waqfet, bdiet tinduna li din kienet deċiżjoni tajba. Iżda qatt mhuwa tajjeb li taqbad u taqta' l-vizzju f'daqqa.  Il-ġisem u l-moħħ kontinwament jibqgħu juru x-xewqa li ma tibdiex tiġi sodisfatta u għalhekk jirreaġixxi b'mod negattiv. Jekk għaddej minn vizzju li tixtieq taqta', tiddejjaq qatt tfittex l-għajnuna tan-nies ta' madwarek u ta' nies professjonali


Marija Bellia