Jason Zerafa bla dubju li jibqa' magħruf bħala attur u direttur li kien parti minn diversi produzzjonijiet lokali li baqgħu jissemmew sal-lum il-ġurnata. Fosthom hemm Division 7, Game Over u Jackpot 4. Jidher li ser ikun qed jirritorna b'xi ħaġa ġdida!
Jason kiteb fuq il-profil tiegħu ftit ilu, "Alla Magħna x'inhu ġej?!!" Bosta kkummentaw u awgurawlu għal dak li jmiss. Tista' tgħid li diversi telespettaturi u segwaċi ta' Jason jinsabu ħerqana biex jibdew isegwu l-produzzjoni li jmiss.
Aktar kmieni din il-ġimgħa Jason kiteb, "Wara xhur ta' ħidma bla waqfien, wasalna, biex dalwaqt naqsmu magħkom wiehed miz-zewg progetti li qed nahdmu fuqhom bħalissa. Aktar informazzjoni fil-granet li ġejjin."
Xerred ritratt li fih jidhru 3 persuni, li jidher li ser ikunu 3 karattri mis-sensiela Alla Magħna. Għadha kemm infetħet anke l-paġna uffiċjali. "Sitcom ġdid għall-familja kollha. Mill-24 t'April kull nhar ta' Ħamis fuq Tokis."
Lesti?!