Ftit wara li beda l-ewwel episodju ta’ Big Brother Malta tal-bieraħ, ir-residenti ġew mogħtija twissija importanti. Twissija li jekk ma jimxux magħha jiġi mnaqqas il-premju finali ta' €50,000.
Big Brother wissa lill-kontestanti li kull kelma ħażina li jgħidu se jitnaqqas il-premju finali ta’ €50,000, u għalhekk huwa importanti li jiġi kkontrollat ilsienhom. Kif nafu, il-Big Brother dejjem ikun qed jara u jisma'.
Il-15-il kontestant bdew jgħixu fid-dar mil-bieraħ għal 3 xhur, u ċertament li ser narawhom b'diversi sfidi tul dan il-vjaġġ fid-dar ta' Big Brother Malta.
Segwu dirett dak li qed jiġri fid-dar ta' Big Brother HAWN
TVMi/ Big Brother Malta