Skont studju li sar minn esperti tal-ġurnal Critic Reviews, ġie skopert li aktar kemm jittiekel laħam taċ-ċanga, tal-ħaruf jew tal-majjal, aktar jiżdied ir-riskju ta' mard tal-qalb. 

"Għal kull 50 gramma majjal, ħaruf jew ċanga li nieklu, ir-riskju tal-mard tal-qalb jiżdied b'9%. Huwa rakkomandat li jisserva daqs 85 gramma ta' laħam, daqs ta' biċċa sapuna jew mazz karti tal-logħob, skont American Cancer Society." L-istess ġurnal ippubblika li r-riskju tal-qalb jiżdied b'18% meta nieħdu laħam proċessat bħal bejkin, zalzett jew perżut. 

Ix-xaħam saturat huwa fost l-akbar kawża ta' mard tal-qalb. L-istess esperti qalu wkoll li laħam bħal tiġieġ jew dundjan mhux daqstant riskjuż u rari jikkawża mard fil-qalb. Kumparat mal-laħam aħmar, il-laħam tat-tjur ma fihx daqstant ammonti kbar ta' xaħam.

Ara aktar HAWN


Kyle Zarb