Ilbieraħ filgħaxija, ġewwa l-Belt Valletta, saret installazzjoni artistika  fuq disinn ta’ fjuri.

Din tinsab ġewwa Triq Nofsinhar u saret mill-artist Malti Carl Caruana, wara li kien hemm sejħa mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan ġie mħabbar minn Jason Micallef, iċ-Chairman tal-istess Aġenzija. Din l-installazzjoni tat kulur u ħajja lil din it-triq u anke qanqlet kurżita għal dawk li raw din il-ħaġa differenti nstallata hemmhekk.

Jason Micallef qal ukoll li din l-installazzjoni ser tibqa’ għaddeja sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Facebook / Jason Micallef


Henzley  Bezzina