Miriana Conte għadha kif nediet il-kanzunetta l-ġdida tagħha, wara l-esperjenza tagħha fil-Eurovision bil-kanzunetta Serving. Il-kanzunetta l-ġdida tagħha ġġib l-isem provokattiv ta’ Għajjejt (i8), titlu li jrid jgħid ħafna, b’mod sottili u kalkulat.
Wara l-kontroversja li qamet meta l-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Eurovision, li oriġinarjament kellha l-isem ta’ Kant, Miriana kienet imġiegħla tibdel l-isem għal Serving. Miriana tidher li din id-darba għażlet li tilgħab bil-kliem b’mod intenzjonat, bħallikieku qed twieġeb b’mod artistiku għal dak kollu li ġara.
Għajjejt (i8) mhux biss titkellem dwar għeja emozzjonali jew spiritwali, iżda wkoll tgħolli l-livell ta’ satira u kumment soċjali li Miriana tidher qed tiżviluppa bħala parti mill-identità artistika tagħha. Il-messaġġ huwa ċar: mir-ribelljoni ħelwa għall-esperimenti bil-mużika li jkissru l-konformità.
Din hija kanzunetta li probabbilment mhux se tkun għal gosti ta’ kulħadd — għandha stil distint u jista’ jkun ta’ sfida għal dawk imdorijin mal-pop mainstreem. Madankollu, is-segwaċi leali tagħha żgur se jarawha bħala pass kuraġġuż u awtentiku, li jkompli jsaħħaħ il-viżjoni unika ta’ Miriana fil-mużika Maltija.
View this post on Instagram