Fir-rivista tax-xahar li għadda ta' GWIDA u aktar tard anke fuq Gwida.mt, iltqajna mal-preżentatur Ivan Gaffiero, fejn tkellimna fuq l-irwol tiegħu bhala missier. Iżda Gaffiero mimli stejjer interessanti u din hi t-tieni parti tal-intervista li għamilnielu. Is-sena l-oħra f’Jum San Valentinu, Ivan kien imdejjaq ferm iżda kollox jinbidel b’messaġġ!
Ivan jgħidilna, "L-istorja mal-partner li għadni, bdiet minn Jum San Valentinu tas-sena l-oħra, dak rċivejt messaġġ fuq Facebook u għall-ewwel xħin għafast fuqu ħsibtu xi profil falz għax kellu apparenza vera sabiħa u taf kif ħsibtu “too good too be true”. Imma baqa' jkellimni kien ġie btala f’Malta u ltqajna għal kafè u minn hemm tista' tgħid bdiet ir-relazzjoni tagħna."
Ivan jispjegalna, "Hu għadu żgħir, għandu tlieta u għoxrin sena u permezz tar-relazzjoni tagħna sar iħobb u jemmen fih innifsu ukoll u fl-istess ħin għintu biex jkun aħjar milli kien. Hu kien bniedem dejjem bid-dwejjaq għax ommu u misseru ma kienux aċċettaw li hu gay, kienet vera iebsa għalih, tmur id-dar issib l-ħwejjeġ mormijin barra għax inti gay."
Ivan jitkellem aktar dwar din is-sitwazzjoni ta' qsim il-qalb, "Il-pajjiż tagħhom, l-Ungerija, ma jaċċettawhomx lil dawn in-nies, jiġifieri hija diffiċli ħafna biex ikollok tifel u jaċċettaw li hu gay u dik kienet iebsa ħafna. Imnalla li ltaqa' miegħi, għax jien stajt nifhmu u llum il-ġurnata hekk jgħidli kemm il-Maltin huma moderni għaliex jaċċettaw lil kulħadd għax lilu kulħadd aċċettah u jħobbu."
Meta jkollu partner ġdid Ivan jiddeċiedi li jikkonsulta mat-tfal tiegħu wkoll. "Infatti l-partner li għandi bħalissa ġie minn barra, proprju jumejn qabel għalaq l-ajruport. Għal bidu kont ftit inkwetat għax kien ġej persuna barrani jgħix fid-dar tagħna li t-tfal ma kinux jafu, imma wara ftit kulħadd dera lil xulxin u llum jistmawh qishom ħuhom."
Hu jkompli jgħidilna, "Jien nemmen mat-tfal għandu jkollok kommunikazjoni tajba u li għandek tikkonsulta magħhom u b’hekk huma ukol jiġu jiftħu qalbhom miegħek, u dak hu s-sabiħ tar-relazzjoni mat-tfal. Meta nħaras lejhom, inħoss li rabbejthom sew għax ikun hawn min jgħidlek li meta il-missier u l-omm jisseparaw t-tfal jitilgħu fi triq ħażina."
Facebook / Gaffiero Ivan