Ftit tal-ħin ilu għadhom kemm telgħu messaġġi ta' tislima lill-illużjonist, attur u ħabib ta' ħafna, Michael Mock. Michael rajnieh bħala attur f'produzzjonijiet bħal Katrina, kif ukoll kontestant waqt l-ewwel staġun ta' Malta's Got Talent.

Fost l-ewwel żewġ personalitajiet li minnufih sellmu l-memorja tiegħu kienu Daniel Attard u Vanni Pulè. Daniel jikteb, "Litteralment għadna kif tkellimni lbieraħ... ġentlom ta' veru u jgħin lil dawk kollha li jkollhom bżonn."

Vanni wkoll jitkeb messaġġ fejn isemmi l-ħbiberija onesta li kellhom hu u Michael minn snin ilu.

"Għadni taħt xokk... gwidajt lil Michael Mock fil-maġija meta kellu madwar 12-il sena u bqajna ħbieb minn dakinhar. Strieħ fis-sliem ħabib tiegħi u jalla l-familja tiegħek u l-ħbieb li qrib tiegħek jsibu faraġ."

Ilkoll ninsabu maħsuda b'din l-aħbar. Strieħ fis-sliem Michael, u f'isem Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari. qraba u ħbieb kollha.


Gwida.mt