Il-Malta Fashion Week hi avveniment ta' spettaklu b'atmosfera li tant ikunu qed jistennew għadd ta' persuni li tant huma interessati fil-moda. Bla dubju matul dawn il-jiem ta' avvenimenti napprezzaw aktar it-talent lokali wkoll fil-waqt li ngawdu minn versatilità ta' lbies.

Din is-sena ser tirritorna l-Malta Fashion Week, hekk kif fl-aħħar sigħat tħabbru d-dati uffiċjali. Għall-2022, il-Malta Fashion Week ser tkun qed issir fl-20, 21 u 22 ta' Lulju. 

Fuq il-paġna uffiċjali ttella' anke filmat qasir li juri fost l-aqwa mumenti mill-ispettaklu li ttella' fil-passat. Fost il-kantanti li taw sehemhom fl-aħħar snin hemm Destiny u Brooke, li fil-fatt jidhru b'dehriet brillanti fil-filmat.

Ser tkun qed tattendi?


Kyle Zarb