Marta Batista, tfajla minn Londra, kienet marida bil-virus 7 xhur ilu, u minn dakinhar ‘l hawn baqgħet ma tistax ixxomm u lanqas ma tista’ tgawdi t-togħmiet tal-ikel.

It-tfajla ta 21 sena qalet li hi esperjenzat sintomi ħfief bħal deni u għajja, iżda imbagħad tilfet is-sensi tat-togħma u x-xamm, liem sensi għadhom ma ġewx lura sa issa, minkejja li għaddew 7 xhur sħaħ.

Minn meta kellha l-coronavirus sa issa Marta tilfet kważi 8kg u f’intervista ma’ Ladbible qalet li tittama li xi darba tkun tista’ terġa’ tgawdi t-togħma tad-deżerta favorita tagħha.

“Din hija sitwazzjoni kerha ħafna u kultant qas inkun nista’ norqod minħabba l-anzjetà li taqbadni meta naħseb fuqha”, qalet Marta Batista.

www.ladbible.com


Maria  Desira