Tliet snin ilu miet David Sassoli, li kien politiku u ġurnalist Taljan li serva bħala l-president tal-Parlament Ewropew mit-3 ta’ Lulju 2019 sal-mewt tiegħu fil-11 ta’ Jannar 2022.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, kitbet kelmtejn biex issellem il-memorja tiegħu. “Għaddew tliet snin mill-mewt ta’ David Sassoli,” hi kitbet. “David ma kienx biss il-President tagħna. Kien ħabib li emmen fil-qawwa tal-Ewropa, fis-solidarjetà, fil-ġustizzja soċjali, f’dinja ħielsa u demokratika.”

“Il-wirt ta’ David jibqa’ għaddej. Grazie David.”

Facebook/Roberta Metsola


Bernard Xuereb