Għaddew 5 snin minn meta sfortunatament ħallietna Christine Gauci, li kienet suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta. Christine kienet sabet ruħha f’diffikultà hekk kif kienet qed togħdos fil-limiti ta’ Mġarr ix-Xini.
Christine kienet mara avventuruża, enerġetika, b’qalb tad-deheb u dejjem bi tbissima.
Mary Gauci, omm Christine, kitbet messaġġ emozzjonanti ftit tal-ħin ilu fuq Facebook. “Christine 5 snin ilu tlaqtna,” hi kitbet. “Imma t-tifkiriet ma ninsewhom qatt. Grazzi binti.”