Joseph Armani u martu Charlene llum jagħlqu l-anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Fil-fatt 9 snin ilu qalu iva lil xulxin, u Joseph jgħidilha li japprezza immens kemm dejjem kienet hemm għalih u għall-familja kollha matul is-snin.

"Eżattament 9 snin ilu, ommi bdiet bi problemi ta’ saħħa, għalhekk kont ħadt ħsiebha u ġieli poġġejtha prijorità fuq kollox u kulħadd, u int kont hemm miegħi..."

Joseph ikompli jikteb, "Għaddejt mill-iktar żmien iebes f'ħajti, meta tlift liż-żewġ ġenituri f'temp ta' ftit ġranet. Kont ngħaddi minn dan mingħajrek? Le ma kontx!"

Awguri lil din il-koppja aktar snin ta' saħħa, imħabba u hena!


Kyle Zarb