Il-paġna It-Temp Madwarna kiteb dwar it-temp t’għada wara li llum kellna anke preżenza ta’ riħ. Il-paġna tispjega eżatt eżatt dak li mistenni għada.
“L-antiċiklun Afrikan jerġa’ jerfa’ rasu u jissaħħaħ fir-reġjun taċ-ċentru tal-Mediterran matul il-ġimgħa d-dieħla, b’dominju ta’ temp xemxi, temperaturi sħan u riħ isfel, iżda b’episodju qasir ta’ temp imsaħħab u riħ fuq lejn nofs il-ġimgħa.”
Għada t-temp mistenni li jkun xemxi u ġeneralment bnazzi. Dal-aħħar s’issa t-temp jidher li qagħad u t-temp tal-ħarifa li ħafna jistennew li jasal. Jekk ikun hemm xi riħ dan se jkun mix-Xlokk skont il-paġna.