Waqt il-maratona 926 To Finish li se ssir għada sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn, is-segwaċi se jkunu qed jisimgħu għall-ewwel darba l-verżjoni akustika tal-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Glen Vella f’Mużika Mużika.
Dan ġie mħabbar minn Bjorn u ammetta li kif sema’ dil-verżjoni tal-kanzunetta bikkietu. Bjorn għalaq billi rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ dawn il-kanzunetti.
Facebook / Glen Vella