Għada 40 tifel u tifla se jkunu qed jieħdu sehem fil-konkors Little Miss & Mr of Malta 2021 U Toddler Model of the Year minn Gaffiero Productions.

Dan il-konkors ilu jsir għal diversi snin u kien f’idejn Sue Rossi imma għal din is-sena mar f’idejn Ivan Gaffiero, id-direttur ta’ Gaffiero Productions. Matul is-snin intrebaħ minn diversi persuni, fosthom minn Christabelle Borg u Annalise Ellul meta dawn kienu għadhom tfal.

It-tfal li se jieħdu sehem għada se jkunu qed jimmudellaw b’ilbies sportiv u ‘party dress’. Rigward l-għoti tal-voti, se jkun hemm preżenti ġurija internazzjonali fejn se jkunu qed jagħtu l-punti tagħhom lil dawn it-tfal.

gaffiero


Henzley  Bezzina