"Għada Se Nagħtu L-Aħħar Tislima Lil Ommi Fil-Knisja Ta' Ġieżu, L-Belt" – Karl Bonaci

Il-preżentatur lokali Karl Bonaci għadu kif ħabbar li għada se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lill-għażiża ommu Doris wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li sfortunatament ħalliet din id-dinja.

“Il-funeral ta’ ommi se jkun qed isir għada fil-Knisja ta’ Ġieżu, l-Belt Valletta, fis-14:00,” spjega Karl.

F’messaġġ li kiteb ilbieraħ il-preżentatur fuq il-midja soċjali hu faħħar il-personalità twajba u mimlija mħabba li kellha ommu filwaqt li semma kif tat ħajjitha “għall-familja li tant kienet tħobb”.





Tistrieħ fis-sliem!

Facebook / F Living



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI