Il-Ministru tas-Saħħa u deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li għada se jitħabbru pjanijiet biex jitneħħew xi restrizzjonijiet waqt konferenza stampa  mas-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci u mal-Ministru tal-Kultura Jose Herrera.

L-enfasi se tkun fuq ftuħ mill-ġdid tal-avvenimenti kulturali. Huwa mistenni li ħafna minn dawn l-avvenimenti se jeħtieġu iċ-ċertifikat tal-vaċċin għad-dħul jew parteċipazzjoni. Dan iċ-ċertifikat ilu disponibbli mill-1 ta’ Ġunju u jinkludi dettalji bħal l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, in-numru tal-ID u kodiċi uniku għaċ-ċertifikat.


Bernard Xuereb