Il-makeup artist maħbuba immens Shasha Fabri għada ser tkun qed tiċċelebra għeluq sninha. Ħalliet messaġġ għall-okkażjoni biex turi kemm hi grata.

"Għada nerġa' nixjieħ sena oħra.. Il-ħajja qasira wisq għax mhux kemm tgħix imma kif tgħix!", tikteb Shasha. Tirringrazzja lil dawk kollha li sabithom hemm matul dawn is-snin, u ħallew impatt pożittiv f'ħajjitha.

Shasha, mara li tant tħobb il-ħajja u tapprezzaha, tikteb li tinsab lesta għal sena oħra li ġejja! Awguri minn qalbna għażiża u nawgurawlek kull ma tixtieq qalbek illum, għada u dejjem!


Kyle Zarb