Fl-ewwel partita tal-lum fil-World Cup rajna sorpriża kbira wara r-rebħa tal-Għarabja Sawdija fuq l-Arġentina, pajjiż li ħafna qalu li se jkun wieħed mill-favoriti biex jgħollu t-tazza fl-aħħar tal-kompetizzjoni u spiċċa biex qala' disfatta kbira fl-ewwel partita tal-gruppi.

Wara din ir-rebħa kbira u ċ-ċelebrazzjonijiet li saru, ir-Re Salman tal-Għarabja Sawdija ħabbar li għada se tkun festa pubblika għal kull persuna f’pajjiżhom. Dawn jinkludu l-ħaddiema kollha tas-settur pubbliku u dak privat u anke l-istudenti.

View this post on Instagram

A post shared by UNILAD (@unilad)

Dan wara suġġeriment li ġie approvat mir-Re, li sar mill-Prinċep Mohammed bin Salman.

Facebook / Mayabelle Boma


Henzley  Bezzina