Min iħobb it-temp Xitwi, għada żgur li se jkun kuntent hekk kif hu mistenni maltemp kbir bir-ragħad u xita qalila. Mistenni wkoll li se jqum riħ qawwi.

Xi siti tat-temp diġà qed javżaw biex in-nies jevitaw widien u żoni fejn is-soltu jispiċċaw mgħarrqa bl-ilma tax-xita. Is-siti nkludew ukoll numri għall-assistenza f’każ li jinqala xi ħaġa fit-triq hekk kif it-temp mistenni jtellef.

Jekk se toqgħod id-dar, kun żgur li tferra’ ftit cocoa jaħraq u ktieb tajjeb.


Bernard Xuereb