Iż-żmien qed igerbeb u Novembru telaq ukoll hekk kif għada nibdew Diċemrbu, x-xahar sinonimu mal-Milied. Uħud mill-isbaħ affarijiet ta’ dan ix-xahar, huma t-tiżjin u d-dwal sbieħ li jkun hawn fit-toroq u d-djar.
Għalkemm ħafna bdew iżejnu f’Novembru, ħerqana għall-ispirtu tal-Milied, ħafna oħrajn jibdew jistennew ix-xahar ta’ Diċembru biex iżejnu.
Fix-xahar ta’ Diċembru, niċċelebraw żewġ festi oħra minbarra l-festa tal-Milied: Il-feesta tal-Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru u Jum ir-Repubblika fit-13.