Għada, fis-sigħat ta' filgħodu, l-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn xi ħalbiet iżolati tax-xita, skont aġġornament maħruġ mill-paġna Maltese Islands Weather.
Jidher li t-temperaturi sa jkunu qiegħdin ukoll jinħassu daqs 9°C f'xi waqtiet.
Ir-riħ mistenni wkoll jitqawwa mhux ħażin hekk kif huwa antiċipat li sa jkun qed imiss il-forza 7.
Intom x'taħsbu dwar dan it-temp?