Mick Laus, it-tifel ta' Angie Laus, dalgħodu qajjem punt validu mmens fuq il-mezzi soċjali dwar frażi li nisimgħuha tingħad ħafna dwar numru ta' preżentaturi Maltin, il-frażi "dejjem l-istess uċuħ."

Mick jgħid, "Għad hemm dawk li ma japprezzawx u ma jindunawx li x-xogħol fit-television, fuq il-palk jew fl-arti huwa l-professjoni ta’ dawk 'l-istess uċuħ' li nibqgħu naraw. Dan hu xogħolhom, mhux xi passatemp li jagħmlu għax iħobbu jidhru. Huwa xogħol li huma ttrenjati għalih, bi snin ta’ esperjenza. Immaġina kieku għalliem jew avukat ikollu jibdel ix-xogħol, il-professjoni tiegħu kull tant żmien."

Mick ikompli billi jagħti lista' ta' preżentaturi popolari li ilhom għaddejjin bil-programmi tagħhom snin sħaħ!

  • Les Dennis (Family Fortunes) - 15-il sena u għadu attiv
  • Gordon Ramsay (Masterchef, Hell’s Kitchen, Kitchen Nightmares, etc) - 16-il sena u għadu attiv
  • Ellen DeGeneres (The Ellen Degeneres Show) - 18-il sena u għadha attiva
  • Oprah Winfrey (The Oprah Winfrey Show) - 25-il sena
  • David Letterman (The Late Show) - 28-il sena u għadu attiv ,p>
  • Maria De Filippi (Amici, Uomini e Donne, etc) - 29-il sena u għadha attiva
  • Larry King (Larry King Live) - 32 sena u għadu attiv
  • Bob Barker (The Price is Right) - 35 sena u għadu attiv
  • Alex Trebek (Jeopardy!) - 37 sena u għadu attiv
  • Gerry Scotti (Who Wants to be a Millionaire, Striscia la Notizia, etc) - 38 sena u għadu attiv
  • Sir David Attenborough (Planet Earth, Life on Earth, etc) - 67 sena u għadu attiv

Tajjeb li wieħed jaħseb ftit qabel juża t-terminu "dejjem l-istess uċuħ" għax dawk l-istess uċuħ hi l-professjoni tagħhom!

Facebook / Mick Laus


Emil Calleja Bayliss