Jidher li uffiċjalment nhar l-Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa ser jibda programm ġdid fuq it-televiżjoni, ippreżentat mill-bravissimu Quinton Scerri. Quinton ser ikun qed jagħtina l-programm TOPIK. Quinton ikkonferm li l-programm l-ieħor tiegħu Popolin, li tant għamel suċċess, mhux ser ikun qed jirritorna.
"Fl-aħħar ħin irċevejt numru ta' telefonati u għalhekk għażilt li nikteb dan il-post sabiex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet ħżiena ta' dak li qed jintqal. Minn Settembru li ġej ser nibda nippreżenta l-programm TOPIK b'ko-produzzjoni ma' WE Media fuq TVM News+. Il-programm ta' diskussjoni ser jibda jixxandar l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħaxija."
Quinton jagħmilha ċara li m'hemm ebda intenzjoni li TOPIK jieħu post xi ħaddieħor. Hu jfaħħar lill-preżentatur Mark Laurence Zammit, li ser ikun qed jieqaf mill-programm L-Erbgħa fost il-Ġimgħa ta' kull nhar t'Erbgħa. "TOPIK huwa proġett ġdid li mhu ser ikun qiegħed jieħu post ħadd."
Nawguraw suċċessi kbar kemm lil Quinton għal dan il-programm ġdid li ser ikollu, u wkoll lil Mark għall-pjanijiet li għandu lesti għall-futur.