Wara l-fażi tas-six chair challenge, Ira Losco lbieraħ dalgħodu spiċċat fuq VIBE FM tiddiskuti dak kollu li ġara lbieraħ. Ovvjament għal Jonathan, JD u Martina donnu dan ma kienx biżżejjed u xtaqu jiskopru xi ħaġa oħra.
Għalkemm huma staqsew lil Ira... donnha li ma xtaqitx twieġeb jew inkella bdiet tagħmilha taparsi mhux tifhem eżatt x'qed isaqsuha. Imma t-tim ħaseb li dan jista' jkun il-kas, allura għamlu kuntatt ma' oħt Ira sabiex jaraw jekk jirnexxilhomx jiskopru mingħandha.
Oħt Ira ma sabet l-ebda diffikultà sabiex tiżvela dan fuq oħtha. Jidher li kif semgħet lil oħtha titkellem, Ira infaqgħet tidħak u qalet li dak kollu li qalet oħtha hu minnu. Dawn it-tlieta dejjem b'xi waħda ġdida.
Tgħid ħa jkun qed jagħmlu l-istess lil kull ġurat li jżur l-istudios tagħhom kull ġimgħa. Jekk dan hu minnu, naħseb ikun hemm min jaħsbiha darbtejn għandu imur jew le. Ira dejjem tkun lesta għal xi ħaġa hekk, tidħak daħka u tkompli.
Facebook / The Morning Vibe