Fil-passat kienet tradizzjoni li t-tebut tal-persuni li ħalliena jinġarr miż-żwiemel. Drawwa li tista' tgħid intilfet maż-żmien minħabba diversi raġunijiet, fosthom it-traffiku. Il-Karozzini tal-karru miġbudin miż-żwiemel dehru l-aħħar fit-toroq tagħna imma riċentament, wara domanda mill-pubbliku dawn reġgħu dehru.

Ritratt: San Ġwann Residents / Facebook minn Manuel Zammit 

F'intervista li dehret lura fl-2019, Louis Borg kien tkellem aktar dwar dan is-suġġett ma' Times of Malta, intervista li tistgħu taraw HAWN. Jidher li kienu diversi nies, speċjalment anzjani li kienu qed jitolbu li dan is-servizz jirritorna lura. It-tradizzjoni hija sabiħa u hemm ċertu preġju. Jidher li dan is-servizz ma jiswiex ħafna aktar mis-servizz li mdorrijin bih.

Bosta residenti f'San Ġwann ikkummentaw dwar dak li raw fit-toroq tagħhom dalgħodu. Ġibed l-attenzjoni ta' bosta. Insellmu l-memorja ta' Leli Debono, li ġie mogħti l-aħħar tislima kmieni dalgħodu. Jidher li l-familja Debono ddeċidew li jużaw dan is-servizz.

San Ġwann Residents / Facebook minn Manuel Zammit 


Emil Calleja Bayliss