Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela xeħet ritratt li juri konverżazzjoni li kellu waqt telefonta iktar kmieni llum. Fiha ġew diskussi diversi fatturi li jolqtu lil pajjiżna.

 "F’telefonata iktar kmieni llum tkellimt mas-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti, Pete Buttigieg. Fraħtlu tal-ħatra tiegħu u tkellimna dwar il-viżjoni li għandna għas-settur tat-trasport u l-mira li naslu għal ekonomija carbon-neutral. Jidher ċar li f’dawn l-oqsma hemm fejn naħdmu flimkien." 

Dr. Abela jżid li fl-Istati Uniti qed jiġu nnutati l-progressi li saru f'pajjiżna rigward drittijiet ċivili. Dan ukoll 0hu ta' unur għal pajjiżna.


Kyle Zarb