Waqt Love Island tal-bieraħ, il-koppji sfidaw lil xulxin għal logħba li tinvolvi l-frott u l-juicers.

Allen spjega l-logħba lit-telespettaturi. Spjega kif persuna mill-koppja riedet taqbad il-frott b'ħalqha, tgħaddih lill-persuna l-oħra f'ħalqha, u dik il-persuna trid titfgħu fil-juicer biex jingħasar.

Min jitfgħu fil-blender irid ukoll jixrob il-likwidu li joħroġ, jitfgħu f'ħalq il-persuna l-oħra, u dik il-persuna trid imbagħad tobżqu ġo tazza. Min jimla t-tazza kollha, jirbaħ.

Dale xtaq ħafna li jirbaħ, allura beda jfittex il-frott li kapaċi joħroġ l-iktar likwidu minnu. F'punt minnhom waqt il-logħba però, waqgħatilhom it-tazza lilu u lil Nicola u kien iffrustrat ħafna.

Finalment, kienu Chelsea u Allen li rebħu l-isfida, avolja għall-bidu Chelsea ma xtaqitx tagħmilha.

Araw l-episodju sħiħ tal-bieraħ HAWN.

Facebook / Love Island Malta


Gwida.mt