Illum hu għeluq snin Frank Zammit, u l-ġurnata ta' għeluq sninu jidher li bdieha kmieni mhux ħażin. Kien diġà imqajjem madwar 04:20 ta' dalgħodu u jidher li kien beda jaħdem fuq il-programm ta' din il-ġurnata, hekk kif ittagja l-paġna ta' instagram tat-trio famuż.

Ritratt: Instagram / Frank Zammit

Mingħand Martina u JD, Frank irċieva kartolina mhux ta' ssoltu... jew ejjew ngħidu kartolina mhux kif wieħed jistenna. X'kellha differenti? Irċieva kartolina riċiklata mit-tim ta' The Morning Vibe! Milli jidher il-kartolina kienet irċivietha Martina.

Ritratt: Instagram / Frank Zammit

It-tim ta' The Morning Vibe malajr ħa l-opportunità li jaqta' isem Martina u jaqilbu għal dak ta' Frank fuq l-invilopp u anke fil-kartolina, bid-differenza li fil-kartolina neħħew ukoll b'daqqa ta' pinna isem min oriġinarjament bagħat din il-kartolina lil Martina!

Ritratt: Instagram / Frank Zammit

Frank irringrazzja lit-tim xorta waħda imma donnu kien ftit konfuż bis-sitwazzjoni. X'taħseb dwar kartolini rriċiklati b'dan il-mod? Kieku int tkun offiż b'xi ħaġa hekk jew toħodha bħala ċajta?

Ritratt: Facebook / Frank Zammit

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Frank l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali għalih. Nistennew xi ċajta fuq ir-radju aktar tard illum! Min jaf jekk Nate u Valetina hux qegħdin iħejju xi ħaġa speċjali għalih f'dan il-jum?

Instagram / Frank Zammit


Emil Calleja Bayliss