Frank Zammit waqt il-programm Nate, Frank & Rossi lbieraħ spiċċa għamel waħda minn tiegħu. Insomma mhux tort tiegħu sa barra għax tilef sfida u spiċċa kellu jagħmel dak li nimmaġinaw li ma tantx xtaq!

Ritratt: Instagram / Nata, Frank & Rossi

Mela x'għamel!? Għal dawk kollha li ma jisimgħux Nate, Frank & Rossi jew ma rawx l-istejjer ta' instagram ta' dan it-trio... Frank spiċċa kellu jqaxxar id-daqna bil-peanut butter. Ijja, sewwa qrajtu!

Ritratt: Instagram / Nata, Frank & Rossi

Live waqt il-programm, bi fliskatur quddiem wiċċu spiċċa jdellek il-peanut butter u bil-mod il-mod iqaxxar id-daqna. Ovvjament li kienet xi ftit ta' sfida imma Frank irnexxielu wkoll u kif tistgħu taraw, dan hu r-riżultat!

Ritratt: Instagram / Nata, Frank & Rossi

Frank live waqt il-programm qal li jieħu għalih jekk aħna tal-Gwida.mt ma niktbux artiklu fuqu... u aħna ma xtaqniex li naqsmulu qalbu. Allura għamilna dan l-artiklu biex insoddulu ħalqu! Kuntent hekk!?


Emil Calleja Bayliss