Il-paġna Malta Diżastru Totali qasmet storja kemxejn xokkanti li ġrat f'pajjiżna, "Franċiż ta’ 21 sena li tefa’ żewġ qtates fil-baħar f'San Ġiljan kien arrestat u mressaq fil-Qorti fejn ġie akkużat b’moħqrija ta’ annimali. Uffiċjal tal-LESA rnexxielu jsalva l-qtates mill-għarqa."

Wieħed jibqa' skantat kif hawn min ikun lest li jaħqar żewġt ħlejqiet għalxejn b'xejn. Nirringrazzjaw lill-uffiċjal tal-LESA li kien fuq il-post u salva lil dawn iż-żewġ ħlejqiet minn mewta tassew kerha. Grazzi għalih ingħataw ċans ieħor.

Ma jistax ikun li nibqgħu nisimgħu bi stejjer bħal dawn. Hemm bżonn ta' pieni tassew ħorox biex aġir bħal dan ma jsirx jew jonqos b'mod drastiku.


Emil Calleja Bayliss