Fr Rene, il-karattru nterpretat minn Carlos Farrugia qed jiġbed ħafna simpatija iżda fl-istess ħin iqajjem tant mistoqsijiet. Hu t-tifel ta’ prostituta fejn kiber f’ambjent ikrah b’irġiel differenti jidħlu għand ommu.

Kien jattendi ċ-ċentru u ltaqa’ ma' persuna u familja li għenuh jkollu edukazzjoni kif suppost. Missieru ma kienx jaf min hu u kienet weġgħa kbira ħafna. Sar jaf biss ta’ 37 sena. Wara li sar qassis ried jgħin lin-nisa fil-ħabs li għaddew mit-tip ta’ ħajja li għexet ommu. Darba fil-ġimgħa jmur jagħmel sessjoni mal-priġunieri nisa.

Ritratt: Matthew Cutajar - ICam

Waħda mill-ħabsin, Maryann qatlet qassis! Int qed tipprova toħroġha minn hemm ġew! Għaliex?

Maryann ilha hafna il-ħabs. Vera qatlet qassis, però llum il-gurnata kulħadd jaf dak il-qassis x’għamel u x’kien jagħmel. Kienet saħansitra waslet biex għamlet suwiċidju Svetlana, li kienet l-akbar ħabiba ta’ Maryann fl-istitut.

Wara li dan il-qassis kien ilu żmien twal jabbuża minnhom, hu tressaq il-qorti, meta l-qorti illiberatu Maryann ma felħitx aktar daħlet ġo ħanut, l-ewwel ħaġa li sabet f’idejha li kienet sikkina tal-ħobż li kien qed juża dan il-ħanut stess qabditha ħarġet barra u tagħtu xebgħa biha. Ovvjament vera għamlet ħażin u ħalset tiegħu dan, b’dawn is-snin kollha l-ħabs, però illum il-ġurnata jien nemmen li wassal iż-żmien li Maryann toħroġ mill-ħabs.

Ommok ma tantx qaltlek fuq il-passat tiegħek! Darba kienet bdiet tkellmek imma waqfet. Tista' taħseb x'setgħet tgħidlek aktar?

Ommi kienet mara tat-triq. Għamlet snin twal bħala mara tat-triq. Sakemm jien għamilt minn kollox biex noħroġha u naqlagħa minn dik it-triq. Meta tkun tgħix ħajja ta’ dak it-tip, tiltaqa’ ma’ ħafna affarijiet. Titlaqa’ ma ħafna nies, nies differenti, dawn in-nies li jmorru jfittxu lil dawn il-prostituti mhux nies tal-affari tagħhom alinqas jien hekk nemmen u dejjem hekk emmint.

Ommi qaltli b’sigriet wieħed vera, però jien nemmen li għad fadlilha aktar xi tgħidli. Naraha kultant anke meta nitkellem magħha u nkellimha qisha nara li qed tkun daqsxejn misterjuża. Fis-sens li ċertu mistoqsijiet li nagħmlilha, inkella ċerti argumenti li naqbdu nara tlaqlaq. Anke fuq min hu missieri, damet ħafna biex qalatha u wara ħafna pressjoni tiegħi.

Ritratt: Matthew Cutajar - ICam

Issa li sibt min hu missierek. X’inhi reazzjoni tiegħek? Xi sfidi kellek titrabba mingħajr missier? Ħadtha kontra ommok għax qatt ma qaltlek bih?

Il-fatt li sirt naf min hu missieri, onestament ma kinitx xi ħaġa pożittiva għalija. Manafx... imfixkel ħafna fuqha din. Ovvjament kont nobsor li missieri ma setax ikun xi raġel qaddis, però l-fatt li sirt naf min hu missieri għandu familja oħra, għandu mara, għandu tfal oħra u l-fatt li sirt naf li dan stess missieri, għadu sal-ġurnata tal-lum jeqlibha lil mara tiegħu biex jibqa' jmur m’ommi! Jien għalija uża l-fatt li ommi baqgħet tħobbu biex jinqeda m’ommi!

Jien ħadtha ħażin ħafna. Il-fatt li taf li ma tistax tgħix mingħajr il-ġenitur proprja tiegħek hija iebsa wisq. Nemmen kieku qaltli qabel b’missieri, l-affarijiet kienu jkunu differenti.

Peress li inti qassis u miġġieled ma’ ommok, taħseb li qed tmur kontra t-twemmin li tgħallem int?

Miġġieled għal fatt ta’ x’għamlet lili. Miġġieled m’ommi ma jfissirx li jiena, nobgħod lil ommi anzi nerġa' nisħaqq li għamilt minn kollox, ħriġt minn triqti wkoll u ssugrajt biex noħroġ lil ommi mill-prositutuzzjoni. Noħroġ lil ommi minn dawk il-mumenti fejn hi kienet ħażin ħafna għat-tip ta’ ħajja li kienet tgħix.

Jien imweġġa’ minn ommi, imma apparti li jien qassis jien bniedem tad-demm u l-laħam. Jien bniedem inħoss, naħseb, niddubita, bniedem nifraħ u nidħaq, bniedem nibki. Meta niġi tradut b’dan il-mod minn ommi, ma naħsibx li qed immur kontra r-rieda t’Alla. Dan Alla li ħalaq lil bniedem xbieha tiegħu.

Kristu ġie fid-dinja, irrabja, beka, feraħ u ddubita wkoll. Li kien għaliĦ ma kien jagħmel il-missjoni tal-missier xejn. Għax fil-ġnien tal-Ġetsemani kullħadd jaf li kien għaliĦ il-kalċi ma xorbux. Jekk Kristu għadda minn dan kollu, kif m’għandix ngħaddi minn dan kollu jien.

Bħalissa ninsab imweġġa’ u b’hekk qed niġġieled m’ommi.

Matthew Cutajar - ICam


Anthony Baldacchino