Kif ħabbarna aktar kmieni, Fr Karm DeBattista kien ħa jħalli lil Malta biex jibda l-missjoni tiegħu ġewwa l-Pakistan. Kellna messaġġ ħelu minn ommu wkoll fejn qaltlu: "Kun imbierek u berikni." 

Ritratt: Facebook / Fr Karm DeBattista

Fuq il-profil ta' Facebook tiegħu, Fr Karm xeħet li wasal il-Pakistan: "Waslt bla periklu fil-Pakistan. Għajjien imma OK. Temp bħal Malta fil-mument u msaħħab. Għadni qed nissetilja bilmod! Fi żmien sagħtejn nibda l-live għal aspiranti tagħna. Salaam minn Lahore." 

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Fr Karm f'din il-missjoni, għal darb'oħra juri kemm għandu qalbu kbira. Kien lest li jħalli pajjiżu u anke lil ommu sabiex imur fuq din il-missjoni. Awguri Fr Karm! Tinsab f'talbna!

Ron Kerr - Facebook / Karm DeBattista


Emil Calleja Bayliss