Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegġu fuq Facebook, Indri Attard qasam mas-segwaċi tiegħu ritratt ta’ mafkar mill-isbaħ iddedikat lil Fr Hilary Tagliaferro li ġie nawgurat illum. Hu qal, “Fr Hilary Tagliaferro ... Inawgurat illum 28 ta’ Ottubru 2024 f'Joanne Garden Tarxien.”
Illum jagħlaq ukoll 90 sena Fr Hilary Tagliaferro, qassis li għamel ħafna ġid matul u għadu jagħmel sal-lum il-ġurnata. Apparti li huwa magħruf bħala reliġjuż, huwa meqjus bħala ikola tal-ġurnaliżmu sportiv f’pajjiżna. Jibqa’ magħruf ukoll li waqqaf l-ewwel skejjel tal-futbol għat tfal kif ukoll kellu karriera bħala kowċ.
Awguri f’dan il-jum Fr Hillary!