Wayne Aquilina kellu messaġġ speċjali x'jgħaddi lbieraħ fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Kelmtejn t'awgurju f'għeluq snin ħuh ta' warajh Derston Aquilina. Lil Derston nafuh għax-xogħol professjonali fil-vidjografija fost l-oħrajn, apparti li fil-passat rajnieh anke bħala attur fuq it-televiżjoni.

Wayne xerred ritratt flimkien ma' ħuh Derston, u kitiblu messaġġ biex jawguralu. "Fost ħafna affarijiet li jfakkarni t-8 ta’ Diċembru, llum il-birthday ta’ ħija ta’ warrajja! Awguri Derston Aquilina," kiteb Wayne. Bosta kienu li kkummentawlu biex jingħaqdu ma' Wayne u jibagħtu xewqat sbieħ lil ħuh.

Awguri Derston!


Kyle Zarb