Johnston Farrugia il-HOOLI għadu kemm nieda fuq il-paġna tiegħu l-kanzunetta ġdida ddedikata għal missieru fl-okkażjoni ta' Jum Il-Missier. L-isem huwa Tiftakar Pa?

Il-lirika ta' din il-kanzunetta hi waħda sensimentali u ħierġa mill-qalb. Fiha HOOLI jibda mill-bidu nett ta' x'ispirah u x'waslu jikteb u jniedi Tiftakar Pa? "Dejjem xtaqt nikteb waħda lil missieri, ma nafx x'kien qed iżommni. Forsi kont mistħi forsi s-soduzzjoni, forsi qatt ma ridt noħroġ fil-beraħ din ir-relazzjoni."

HOOLI żvela dan jiem ilu meta kiteb, "Wara 18 -il sena nikteb il-lirika, nirrekordja u noħroġ diski fuq suġġetti varji, kurrenti u stejjer ta’ madwari, aktar tard din il-ġimgħa se nkun qed noħroġ diska bil-vidjow lirikali, iddedikata lill-persuna għażiża ħafna għalija!" Qal li din mhux ser tkun xi ħaġa tiegħu u ta' missieru biss, iżda HOOLI jżid li jista' jirrelata magħha kull missier. "Rigal minn qalbi b’mod speċjali għal missieri... u għall-missirijiet kollha f’Jum il-Missier." 

Tista' tisma' din il-kanzunetta sentimentali hawn taħt.


Kyle Zarb